Dikjarazzjoni tal-Aċċessibbiltá
Il-Ministeru għas-Saħħa hu impenjat li jagħmel is-siti elettroniċi tiegħu aċċessibbli skont ir-Regolamenti dwar l-Aċċessibbiltà tas-Siti Elettroniċi u tal-Applikazzjonijiet Mobbli tal-Korpi tas-Settur Pubbliku (Avviż Legali 89 tal-2019, datat 7 ta’ Mejju 2019).
Din id-dikjarazzjoni tal-aċċessibbiltà tapplika għas-sit elettroniku tal-myHealth.
Status tal-konformità
Is-sit elettroniku tal-myHealth bħalissa qed jiġi evalwat għall-konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali. Skont ir-riżultat ta’ din l-evalwazzjoni, il-Ministeru għas-Saħħa ser jiddikjara l-livell ta’ konformità tas-sit elettroniku, kwalunkwe nuqqas ta’ konformità u kwalunkwe eżenzjonijiet applikabbli.
Tħejjija ta' din id-dikjarazzjoni tal-aċċessibbiltà
Din id-dikjarazzjoni tal-aċċessibbiltà interim tħejjiet nhar il-5 ta’ Ġunju 2019.
Rispons u informazzjoni ta' kuntatt
Rispons lill-Ministeru għas-Saħħa fuq kwalunkwe nuqqas eżistenti ta’ konformità għandu jintbagħat bil-miktub lil myhealth@gov.mt jew lill-uffiċċju tal-myHealth, Information Management Unit, Unit 17, Outpatients Building, St Luke’s Hospital, G’Mangia, PTA1012.
Proċedura ta' infurzar
F'każ ta’ tweġiba mhux sodisfaċenti għal kwalunkwe notifika jew talba mibgħuta lill-Ministeru għas-Saħħa fir-rigward tal-konformità, tista’ ssir talba għall-infurzar lill-awtorità kompetenti, jiġifieri l-Malta Communications Authority: https://www.mca.org.mt/consumer/forms/complaints