Ċaħda ta' responsabbiltà

Dal-portal juri data tas-saħħa biss bl-intenzjoni li jingħata servizz tas-saħħa lil pazjenti u t-tobba tagħhom. Id-data tas-saħħa tinkiseb "kif inhi" minn sorsi primarji (p.e. Sptar Mater Dei) li mhumiex ġestiti mill-amministraturi tas-servizz myHealth. Kull sforz isir biex id-data tintwera fuq il-portal b'mod preċiz imma ma tiġix aċċettata responsabbiltà għal kwalunkwe preġudizzju, telf jew ħsara li jista' jseħħ mill-użu tad-data. Jekk issib xi ħaġa f'dan is-sit li jħassbek, jekk jogħġbok ikkuntattjana permezz tal-indirizz tal-email myhealth@gov.mt.

Politika tal-privatezza

L-ipproċessar tad-data fis-sistema myHealth isir skont il-proviżjonijiet tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kapitlu 440 tal-Liġijiet ta' Malta). It-tim tal-myHealth hu kommess li jipproteġi l-privatezza u l-kunfidenzjalità tal-viżitaturi. Data personali fis-sistema myHealth tintuża biss biex tipprovdi servizz lill-utent u għall-amministrazzjoni tas-sistema. Data personali ma tingħatax lil terzi persuni. Jekk jogħġbok innota li s-sistema żżomm traċċa ta' verifika fuq l-aċċess u l-użu tas-sistema, għal skopijiet ta' sigurtà u ġestjoni. Jekk din il-politika ta' privatezza tinbidel, din il-paġna tiġi aġġornata kif jixraq.

Użu ta’ 'Cookies'

'Cookie' hi 'text file' żgħir li jitpoġġa fuq il-'computer' jew l-apparat mobbli tiegħek meta inti żżur sit tal-internet.

Is-sit tal-myHealth juża 'cookies' għall-għanijiet li jsegwu:

a) Meta tilloggja ġol-myHealth. 'Cookie' hi strettament neċessarja biex tippermetti li tilloggja ġol-myHealth u tuża s-servizzi kollha tas-sit tal-myHealth. Din il-'cookie' titħassar malli tilloggja ‘l barra mill-myHealth jew tagħlaq il-'browser' tiegħek. Ma taħżen l-ebda tagħrif dwarek jew dwar il-preferenzi tiegħek jew dwar l-użu tal-myHealth.

b) Preferenza tal-lingwa. Hemm bżonn 'cookie' biex is-sit tal-myHealth jiftakar il-preferenza tiegħek tal-lingwa. Din il-'cookie' tippersisti, jiġifieri ma titħassarx fi tmiem is-sessjoni ta’ browsing. Ma taħżen l-ebda tagħrif dwarek jew dwar il-preferenzi tiegħek jew dwar l-użu tal-myHealth.

c) Avviż dwar il-'cookies'. Meta tneħħi l-avviż dwar il-'cookies' li jidher fis-sit tal-myHealth tinħoloq 'cookie' biex dan l-avviż ma jerġax jintwerilek. Din il-'cookie' tippersisti, jiġifieri ma titħassarx fi tmiem sessjoni ta’ 'browsing'. Ma taħżen l-ebda tagħrif dwarek jew dwar il-preferenzi tiegħek jew dwar l-użu tal-myHealth.

d) Preferenzi tat-tobba fir-rigward tal-esportar tad-‘data’. Tinħtieġ ‘cookie’ biex is-sistema tiftakar l-ordni tal-kolonni li tabib jippreferi meta jesporta ‘data’ u biex tiftakar għandhomx ikunu nklużi ‘headers’ jew le fil-‘file’ li jiġi ġenerat. Din il-‘cookie’ tinħoloq biss jekk int tabib u int tesporta d-‘data’. Din il-‘cookie’ tippersisti, jiġifieri ma titħassarx meta int tagħlaq is-sessjoni tal-‘browsing’. Ma żżomm l-ebda tagħrif dwarek jew dwar il-preferenzi l-oħra tiegħek jew l-użu li tagħmel mill-myHealth.

Jekk tixtieq tħassar dawn il-‘cookies’, tista’ tagħmel dan fi kwalunkwe ħin permezz tal-kontrolli ta’ privatezza li hemm fil-‘browser’ li qed tuża.

Dritt tal-awtur

Il-materjal f'dan is-sit huwa kopert mill-proviżjonijiet tal-Att dwar id-Drittijiet tal-Awtur (Kapitlu 415 tal-Liġijiet ta' Malta), liġijiet oħra ta' Malta, u politiki, regolamenti u ftehim internazzjonali li daħal għalihom il-Gvern ta' Malta. It-tagħrif muri f'dan is-sit huwa biss għall-użu personali ta' pazjenti u t-tobba tagħhom. Għal dawn l-għanijiet jista' jiġi riprodott bla ħlas u mingħajr permess ieħor mill-Ministeru, bil-kundizzjoni li l-materjali riprodotti jkunu kopja vera tal-oriġinali u li l-portal myHealth ikun identifikat bħala s-sors. Il-materjali riprodotti ma jistgħux jiġi rappreżentati bl-ebda mod bħala verżjoni uffiċċjali, lanqas li ġew prodotti f'affiljazzjoni ma' jew bl-endorsjar tal-Ministeru.

Aċċessibiltà

Kull sforz sar biex l-utenti kollha jiġu pprovduti b'aċċess ekwu għall-informazzjoni, inkluż persuni b'diżabiltà fiżika. Dan is-sit huwa konformi man-normi ta' aċċessibiltà kif ukoll l-ispeċifikazzjoni tal-markup u aċċessibiltà tal-World Wide Web Consortium.