Merħba f'myHealth

Merħba fil-portal myHealth. Dan is-sit interattiv jippermetti lil ċittadini Maltin u t-tobba tagħhom jaraw 'records' mediċi tagħhom.


Jekk għandek identità elettronika (e-ID) Maltija, illoggja bin-numru tal-karta tal-identità tiegħek u bil-password tal-e-ID biex tara s-Sommarji tal-Każijiet tiegħek, l-Appuntamenti Mediċi li jmissu, il-mediċini tal-POYC li int intitolat għalihom u, meta jiġu rilaxxati, ir-Riżultati tiegħek tal-Laboratorju u r-Rapporti tar-Ritratti Mediċi.


Bħala pazjent/a, uża dal-portal biex tagħmel link mat-tabib tiegħek u tinteraġixxi mat-tabib/a, li jiġi/tiġi notifikat meta d-data tiegħek tkun disponibbli. Tobba li għandhom link miegħek permezz tal-myHealth ikunu jistgħu jaraw ir-riżultati u r-rapporti tiegħek malli dawn ikunu disponibbli.


Bħala tabib/a, tkun tista' tissortja, tagħżel u tqabbel id-data tal-pazjenti faċilment. Funzjonijiet ġodda bħal ordinijiet online għal testijiet se jkunu disponibbli fil-futur.

servizz pubbliku logo servizz.gov logo